Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Aġġornament Tat-Temp qasmu mas-segwaċi tagħhom it-temp previst għal din il-ġimgħa.
Bdew billi qalu, “it-Tlieta msaħħab li jissaħħab ħafna wara nofsinhar, possibilità ta’ xita wara l-ħamsa ta’ filgħaxija. Riħ Ilvant forza 5 li jdur Xlokk Ilvant tard filgħaxija. L-Erbgħa b’xi xita tul il-lejl li jsir ftit imsaħħab mal-jum. Riħ jibda forza 3 Xlokk li jdur Majjistral forza 4 filgħaxija. Il-Ħamis xemxi b’riħ Majjistral forza 4 li jinżel forza 3 sa filgħaxija.”
Żiedu jgħidu, “Il-Ġimgħa ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna wara nofsinhar. Riħ forza 4 Majjistral. Is-Sibt xemxi b’riħ forza 3 Punent Majjistru. Il-Ħadd xemxi b’riħ Xlokk forza 3. Temperatura medja bħala dik għolja 20°C u l-inqas 14°C. L-indiċi UV 7.”