“It-Tnejn 20 Ta' Jannar Imsaħħab Tul Il-Lejl Li Jsir Ftit Imsaħħab Mal-Jum” – Aġġornament Tat-Temp

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Aġġornament tat-Temp qasmu mas-segwaċi tagħhom l-aġġornament tat-temp għall-jiem li ġejjin.

Bdew billi qalu, “It-Tnejn 20  ta’ Jannar imsaħħab tul il-lejl li jsir ftit imsaħħab mal-jum. Riħ forza 3 Punent Majjistru. It-Tlieta 21 ta’ Jannar xemxi li jsir ftit imsaħħab mal-jum. Riħ lbiċ forza 3 għal 4. L-Erbgħa ftit imsaħħab b’riħ lbiċ forza 3 għal 4. Il-Ħamis imsaħħab b’riħ forza 4 lbic.”

Żiedu jgħidu, “Il-Ġimgħa ftit imsaħħab b’riħ forza 6 buffuri forza 7 Majjistral. Is-Sibt 25  ta’ Jannar riħ forza 6/7 li jnaqqas mas-sebħ u temp ftit imsaħħab. Il-Ħadd ftit imsaħħab b’riħ forza 4 Xlokk. It-temperatura l-għola medja tmiss 17/18°C u l-inqas 13/14°C. Temperatura tal-baħar 17°C. Xita mill-1 ta’ Settembru 201mm. F’din l-aħħar maltempata li kellna l-Ġimgħa il-medja ta’ xita kienet 21mm. Umdita 75 %.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI