Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Aġġornament tat-Temp qasmu mas-segwaċi tagħhom il-previżjoni tat-temp għall-jiem li ġejjin.
Huma qalu, “It-Tnejn 8 ta’ Diċembru ftit imsaħħab b’riħ forza 5 Punent Majjistru sa tlugħ ix-xemx u li jinżel forza 4 u aktar tard wara nofsinhar forza 3 mil-Majjistral. It-Tlieta 9 ta’ Diċembru ftit imsaħħab b’riħ forza 3 għal 4 Xlokk. L-Erbgħa 10 ta’ Diċembru ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna kultant u b’riħ Xlokk forza 3 għal 2. Il-Ħamis 11 ta’ Diċembru ftit imsaħħab b’riħ forza 2 Xlokk.”
Żiedu, “Il-Gimgha 12 ta’ Diċembru ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna wara nofsinhar u b’riħ forza 3 għal 4 Xlokk. Is-Sibt 13 ta’ Diċembru ftit imsaħħab b’riħ forza 3 Lvant. Il-Ħadd 14 ta’ Diċembru ftit jew wisq imsaħħab u b’riħ forza 3 għal 4 Xlokk Ilvant.”