Permezz ta’kitba fuq ilpaġna tagħhom fuq Facebook, Aġornament tat-Temp qasmu mas-segwaċi tagħhom it-temp previst għal din il-ġimgħa.
Bdew billi qalu, It-Tlieta xemxi b’riħ forza 3 punent majjistru. Temperatura l-għola tmiss is-37°C u l-inqas is-26°C. L-Erbgħa xemxi b’riħ varju. Temperatura l-għola tmiss is-36°C u l-inqas il-25°C. Il-Ħamis xemxi b’riħ forza 2 varju. Temperatura l-għola tmiss il-35°C u l-inqas il-25°C.
Għal tmiem il-ġimgħa qalu, “Il-Ġimgħa xemxi b’riħ forza 3 punent. Temperatura l-għola tmiss is-36°C u l-inqas il-25°C. Is-Sibt xemxi b’riħ forza 3 punent majjistru li jżid wara nofsinhar forza 4 għal 5 fit- tard. Temperatura l-għola tmiss l-34°C u l-anqas il-25°C. Il-Ħadd xemxi b’riħ forza 4 punent majjistru. Temperatura l-għola tmiss is-36°C u l-anqas il-25°C.
Temmew billi qalu, “Ġimgħa pjuttost sħuna. Aħbar tajba hi li it-Tnejn 22 ta’ Lulju jirritorna majjistral ftit qawwi u jerġa’ jbaxxi it-temperatura bi ftit.