It-Tobba Jagħmlu Testijiet Fuq Allegati Katavri Aljeni Fil-Messiku

Tobba Messikani jsostnu li kampjuni mummifikati, li r-riċerkaturi tal-UFO jemmnu li huma aljeni, mhumiex magħmula minn għadam differenti iżda jappartjenu għal skeletru wieħed kull wieħed.

It-tobba wettqu diversi testijiet tal-laboratorju fuq il-fdalijiet, li ġew ikkontestati minn akkademiċi, xjenzati, u arkeoloġi li jgħidu li huma parti minn ingann.

Fost il-kritiċi hemm il-Professur Brian Cox, fiżiku u preżentatur, li qal li huma umanojdi wisq biex ikunu reali.

Il-fdalijiet intwerew f’kaxxi tal-ħġieġ f’avveniment uffiċjali fil-Kungress tal-Messiku l-ġimgħa li għaddiet, fejn id-dilettanti tal-UFO kienu eċċitati li jarawhom.

Il-politiċi li attendew għall-attività qalulhom li l-kampjuni nstabu f’Cusco, il-Perù, u li kellhom madwar 1,000 sena.

Id-DNA għadha ma ġietx determinata u għalhekk ma nstabu l-ebda konklużjonijiet s’issa.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI