It-Total Ta' Nies Li Tilfu Ħajjithom Għall-Covid-19 Jitla' Għal 73 – Jiġu Mħabbra Żewġ Imwiet Oħra!

Konna ninħasdu nisimgħu b’mewt relatata mal-Covid-19 u issa qed nisimgħu b’aktar minn mewta waħda kuljum tista’ tgħid. Żewġ persuni oħra saru l-aħħar vittmi tal-Covid-19 hekk kif in-numru ta’ mwiet issa jitla’ għal 73.

Waqt li ħabbar l-imwiet nhar il-Ġimgħa filgħodu, il-Ministeru tas-Saħħa qal li raġel ta’ 75 sena li kien ikkonfermat pożittiv fl-14 ta’ Ottubru u jum wara ddaħħal l-isptar, hu miet fit-taqsima tat-Terapija Intensiva ta’ Mater Dei ilbieraħ filgħaxija.

Fit-tieni każ huwa dak ta’ mara ta’ 90 sena li ddaħħlet l-Isptar Mater Dei fil-31 ta’ Ottubru u ttestjat pożittiv dakinhar stess, hija mietet ukoll ġol-isptar Mater Dei.

Il-ministeru ta l-kondoljanzi lill-familja u appella mill-ġdid biex jiġu segwiti miżuri ta’ prevenzjoni.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI