“It-Triq ’Il Quddiem Hija Li Nħaddnu L-Passat” – Ivan Grech B’Messaġġ Ta’ Riflessjoni

F’messaġġ mimli sensittività u onestà, il-kantant Malti Ivan Grech qasam riflessjoni profonda dwar il-piżijiet li ħafna nies iġorru magħhom tul ħajjithom, speċjalment f’dawn iż-żminijiet ta’ riflessjoni u introspezzjoni.

Ivan jitkellem dwar kif ħafna minna nqattgħu snin nippruvaw niġġieldu, ninsew jew inħassru episodji u esperjenzi mill-passat li, minkejja l-progress li nagħmlu fil-ħajja, xorta jibqgħu jħallu piż fuqna. Dawn l-esperjenzi, jgħid hu, spiss isiru bħal ktajjen li jrażżnu l-ispirtu tagħna u jżommuna lura milli nilħqu s-saħħa vera li hemm fina.



Skontu, it-triq ’il quddiem fil-ħajja mhux bilfors tgħaddi mill-għażla li ninsew il-passat, iżda pjuttost billi nħaddnuh. Li naċċettaw min aħna tassew u napprezzaw il-vjaġġ kollu li wassalna fejn wasalna llum huwa parti essenzjali mill-fejqan u mit-tkabbir personali.



F’dan il-kuntest, Ivan jsemmi wkoll it-telfa ta’ persuni għeżież, bħala wieħed mill-ikbar piżijiet li bniedem jista’ jġorr. Huwa jenfasizza li l-memorja ta’ dawk li tlifna qatt ma titħassar, iżda jemmen li l-aħjar mod kif nonorawhom huwa billi nkomplu ngħixu ħajjitna mimlija mħabba, saħħa u ferħ – kif żgur li kienu jixtiequ huma.



Il-messaġġ tiegħu jħeġġeġ ukoll biex inħallu warajna l-ilmenti żgħar u l-inkwiet bla bżonn li jtaqqluna mentalment. F’dawn il-jiem, jgħid Ivan, huwa mument opportun biex inħallu l-passat jgħaddi, nagħmlu l-paċi ma’ min forsi waqajna magħhom, u npoġġu l-paċi interna tagħna qabel kollox.

Fl-aħħar nett, hu jfakkar fl-importanza li naqsmu l-piżijiet tagħna ma’ ħaddieħor. Li titkellem u titlob l-għajnuna mhijiex sinjal ta’ dgħufija, iżda ta’ saħħa. Il-messaġġ tiegħu jagħlaq b’tama u awgurju pożittiv: li lkoll inkomplu niddi u nagħmlu l-aħjar mill-vjaġġ tagħna fil-ħajja.

Ritratti:

Facebook / Ivan Grech

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI