“It-Triq Tinżamm Magħluqa Tul Il-Ġurnata Kollha Minħabba Problema Teknika Li Tista’ Tipperikola L-Vetturi Li Jgħaddu Minnha” – Fejn Eżatt?

Il-Kunsill Lokali tal-Imġarr ħalla avviż fuq il-paġna tiegħu fejn kiteb, “Il-Kunsill Lokali tal-Imġarr għadu kemm ġie infurmat mill-perit responsabbli għax-xogħol fi Triq Għajn Tuffieħa, li hemm il-bżonn li din it-triq tinżamm magħluqa tul il-ġurnata kollha minħabba problema teknika li tista’ tipperikola l-vetturi li jgħaddu minnha. Ġejna infurmati li t-triq ser tinfetaħ għada fil-5:00am.”

Huma komplew iżidu, “Vetturi ħerġin mill-Imġarr għall-Mellieħa / San Pawl il-Baħar għandhom jgħaddu minn Triq il-Ħanxara (tagħti għal San Martin u Wardija) jew minn Triq il-Bidnija. Vetturi deħlin l-Imġarr għandhom jgħaddu minn Triq il-Palma.Tabelli u sinjali tat-traffiku għandhom jiġu osservati.”

Tajjeb li dawk li ħa jkun qed imorru l-Imġarr jew inkella jgħaddu minn din il-lokalità, ikunu nfurmati b’dan kollu.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI