Itinerarju Tal-Ivvjaġġar Bit-Tema Ta’ James Bond Jinkludi lil Malta

Itinerarju tal-ivjaġġar ingħata liċenzja biex iħeġġeġ lill-mistednin bi vjaġġ ta’ 21 jum fuq il-passi tal-aġent sigriet l-aktar famuż taċ-ċinema, James Bond.

Is-segwaċi ta’ James Bond se jkunu jistgħu iduru postijiet relatati mal-istejjer ta’ James Bond, min-Norveġja għal Malta u jingħataw b’esperjenza lussuża ta’ ħames stilel.

L-avventura se tinkludi erba’ pajjiżi u seba’ bliet fi tliet ġimgħat, li tibda bil-wrija tal-film il-ġdid ta’ James Bond No Time To Die.

Dan il-vjaġġ se jibda fis-27 ta’ Settembru, fil-Lukanda Rosewood ta’ Londra, u tul l-avventura madwar l-Ewropa se jkun hemm Martinis, casinos u Aston Martins. 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI