"Ittajjar U Ilgħab Mal-Anġli Sbieħ Bħalek Emily…" – Vanessa, Omm Emily

Emily; iċ-ċkejkna li kienet fuq fomm kulħadd u l-poplu ħaseb fiha bit-talb tiegħu. “Ittajjar u ilgħab mal-anġli sbieħ bħalek Emily. Issa qiegħda f’post fejn jixraqlek bla tbatija pupa tiegħi”, kitbet Vanessa fuq il-facebook tagħha.

“Emily, għallimtna ngħixu u bis-saħħa tiegħek ersaqna iktar lejn Alla bit-talb u nsejna d-differenzi ta’ bejnietna u għaqqadtna”, kompliet tesprimi Vanessa.





Vanessa rringrazzjar lil kulħadd għat-talb li tenniet li permezz tiegħu kellhom is-saħħa u l-kuraġġ biex ikomplu għaddejjin.

Fl-aħħarnett, għaddiet appell emozzjonanti u mill-qalb: “Apprezzaw lil uliedkom u l-affarijiet iż-żgħar fil-ħajja ħbieb tiegħi!”, fejn talbet ukoll lil Alla jberikna lkoll u jieħu ħsieb lill-anġlu Emily.

Ritratt: Facebook/ Vanessa Gatt



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI