Ittestjar Mandatorju Ta’ Ċerti Vjaġġaturi – Aktar Pajjiżi Jiżdiedu Mal-Lista!

It-turiżmu naqas b’rata drastika. L-ajruport ta’ Malta ħareġ li tul ix-xogħol ta’ Jannar għamel daqs tliet ijiem xogħol meta mqabbel mas-soltu iżda xorta għad hemm min qed isiefer.

Il-Ministru responsabbli mis-Saħħa Pubblika ħareġ lista aġġornata dwar ittestjar mandatorju ta’ ċerti vjaġġaturi. Dan ifisser li kull vjaġġatur li jiġi minn xi pajjiż elenkat fil-lista riveduta ta’ pajjiżi indikata hawn taħt għandu jipprovdi PCR COVID-19 test negattiv magħmul mhux aktar minn tnejn u sebgħin (72) siegħa qabel il-wasla tiegħu f’Malta.

Vjaġġaturi ġejjin f’Malta minn xi wieħed fost dawn il-pajjiżi li jonqsu milli jipproduċu dan it-test jistgħu jkunu sottomessi għall-ittestjar f’Malta u jistgħu jkunu soġġetti għal kwarantina.

Lista riveduta ta’ pajjiżi:

  1. L-Andorra
  2. L-Awstrija
  3. Il-Belġju
  4. Il-Bulgarija
  5. Ċipru
  6. L-Estonja
  7. Franza
  8. Il-Ġappun
  9. Il-Ġermanja
  10. Il-Ġordan
  11. Il-Greċja
  12. L-Indoneżja
  13. L-Irlanda
  14. L-Italja (l-ajruporti kollha minbarra Sqallija u Sardenja)
  15. Il-Kanada
  16. Il-Kroazja
  17. Il-Latvja
  18. Il-Libanu
  19. Il-Liechtenstein
  20. Il-Litwanja
  21. Il-Lussemburgu
  22. Il-Marokk
  23. Monaco
  24. L-Olanda
  25. Il-Polonja
  26. Il-Portugall (l-ajruporti kollha minbarra Madeira u Azores)
  27. Ir-Renju Unit
  28. Ir-Repubblika Ċeka
  29. Ir-Rumanija
  30. San Marino
  31. Slovakkja
  32. Is-Slovenja
  33. Spanja (l-ajruporti kollha minbarra Canarias)
  34. L-Iżvezja
  35. L-Iżvizerra
  36. It-Tajlandja
  37. It-Tuneżija
  38. It-Turkija
  39. L-Ungerija
  40. L-Urugwaj
  41. Il-Vatikan

Dan l-avviż dwar il-lista riveduta ta’ pajjiżi ser jidħol fis-seħħ is-Sibt 13 ta’ Frar 2021 f’nofs il-lejl.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI