Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, ERA – Environment & Resources Authority żammew lis-segwaċi aġġornati rigward il-balena li nstabet mejta f’Kemmuna riċentament.
Huma qalu, “Wara li kkonfermajna li nstabet balena f’Kemmuna aktar kmieni din il-ġimgħa, illum ittieħdu kampjuni minn bijologi tal-baħar bl-intenzjoni li tinkiseb aktar informazzjoni xjentifika u possibbilment tiġi identifikata l-kawża tal-mewt. Ikkonfermajna li l-balena hi waħda żgħira b’tul ta’ 7.9 metri u kienet fi stat ta’ dekompożizzjoni. Il-balena issa tneħħiet minn Kemmuna.”
Żiedu, “L-ERA tixtieq tirringrazzja lill-AFM għall-assistenza tagħhom, kif ukoll lin-Nature Trust u lill-Università ta’ Malta għall-kollaborazzjoni tagħhom. Nieħdu din l-opportunità biex infakkru lill-pubbliku biex jikkuntattja lill-ERA fuq 2292 3500 (24/7) u lill-wildlife rescue team għal kwistjonijiet bħal dawn.”