"Iva Bkejt Għax Għandi Qalb U Nħoss, Irrabjat Għax Ma Naħsibx Li L-Ġenituri Tiegħi Ħaqqhom Hekk" – Toni Busuttil

Ilbieraħ ġibna l-istorja ta’ Toni Busuttil wara li Mario Micallef ikkumenta fuq dak li kiteb l-istess Busuttil meta mar fuq il-qabar tal-ġenituri tiegħu u sabhom miftuħa u vojta. “Ser inkompli fuq dak li ippostjajt ilbieraħ… qabel xejn irrid ngħid grazzi tal-kummenti ta’ kuraġġ li bagħtuli, kollha qrajthom.”

“Kien hemm min qalli li suppost avżawk/ċemplulek. Nassigurakom li dik is-suppost tfisser ħafna, f’dan il-pajjiż hawn ħafna suppost imma llum irrealizzajt kemm għadna lura.” Hu każ tassew ta’ qsim il-qalb, il-qraba li ħallewlna xorta waħda jkollhom post speċjali f’qalbna u żgur li att bħal dan jaqsamlek qalbek.





Toni jistqasi numru ta’ mistoqsijiet validi, “Għaliex kelli nġib l-irħam id-dar? Qatt ma smajt b’ċimiterju li xi ħadd jgħidlek aħjar toħodha sieħbi għax jew tinkiser jew ma ssibhiex. Għaliex dal-barbariżmu kollu? Jeżisti rispett f’dan il-pajjiż?”

Toni jkompli jgħid, “Il-weġgħa li għandi li lanqas fuq il-qabar t’ommi u missieri ma nista’ mmur qasmitli qalbi, iva bkejt għax għandi qalb u nħoss, irrabjat għax ma naħsibx li l-ġenituri tiegħi ħaqqhom hekk. Jien persuna ma nixtieqx deni, imma j’Alla min ta dawn l-ordnijiet iħoss ftit min dak li ħassejt jien dawn il-jumejn.”



Aħna nittamaw li Toni jagħmel kuraġġ f’dawn iż-żminijiet diffiċli u nappellaw sabiex l-awtoritajiet jagħmlu kuntatt miegħu u ma’ nies oħra li għaddejjin mill-istess martirju. Dan ma għandux jiġri mingħajr qraba tal-familjari midfuna ma jkunux infurmati.

Facebook / The Entertainers

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI