Ivan Grech Jirringrazzja Lit-Tobba U Infermiera Wara Li Martu Tirritorna D-Dar Minn Tliet Ġimgħat Mater Dei

Kemm hu sabiħ li wieħed japprezza x-xogħol bla waqfien li qed jagħmlu t-tobba u l-infermiera fl-isptarijiet. Mater Dei hemm bosta ħaddiema ddedikati li jistoqqilhom kull tifħir. Hekk għamel il-kantant Ivan Grech wara li martu Deborah irritornat qawwija wara tlett ġimgħat għall-kura f’Mater Dei.





“Kienet f’idejn tajba u grazzi kbira lit-tim fantastiku, ġentili u ddedikat tal-isptar Mater Dei li għenu fil-fejqan tagħha” jikteb Ivan Grech. Ivan jgħid li Ġunju kien kiefer mal-familja tiegħu, iżda jispera li Lulju jkun xahar fejn isibu l-mistrieħ li għandhom bżonn.

Awguri mill-qalb. 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI