Ix-Xahar Ta' Ottubru Kapaċi Jikser Rekord Ġdid Wara L-Ammont Ta' Xita Li Għamlet Matulu Din Is-Sena

Ix-xhur tas-sena 2021, l-aktar Ottubru  li wasal fi tmiemu llum, jaf jitniżżel fl-istorja b’titlu bħala t-tielet l-aktar xahar t’Ottubru li matulu niżlet xita fil-gżejjer Maltin. Jekk bejn illejla u għada jkollna aktar ħalbiet qawwijin, nistgħu ngħidu li t-titlu jingħatalu bla dubju ta’ xejn. 

L-aħħar statitstika mill-Uffiċċju Meteoroloġiku, u li ġiet irrappurtata fuq is-sit Television Malta, matul Ottubru 2021 niżlet sa 227 millimetru ta’ xita. Ottubru t’issa kien ħafna aktar mxarrab minn Ottubru tal-aħħar 10 snin. Sa ħdax -il sena ilu, f’Ottubru 2010, għamlet 230 millimiteru.

Illejla tħabbar li għandna lejl ta’ xita u dan l-ammont jista jitfa’ lil Ottubru 2021 fit-tielet post tal-aktar Ottubru imxarrab Skont ir-rekords tal-Uffiċċju Meteoroloġiku, Television Malta jirrapporta li l-aktar Ottubru li fih niżlet xita kien fl-1951, b’total ta’ 476 millimetru. Fl-1954 kienet niżlet 250 millimetru, u Ottubru 2010 jibqa’ t-tielet l-aktar li niżlet xita matul dan ix-xahar s’issa. Dan il-filmat t’hawn taħt inġibed f’Settembru, fiż-żmien li bdew ġmielhom il-ħalbiet fil-gżejjer Maltin u li baqgħu ikaxkru sa Ottubru.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI