Daniel Chircop qasam messaġġ emozzjonanti u mimli mħabba hekk kif iċċelebra għeluq snin bintu Cara, b’kliem li juri r-rabta speċjali li għandhom bejniethom.
“It-tifla ċkejkna tiegħi… sitt snin ilu mill-jum li għall-ewwel darba żammejtek f’idejja,” kiteb Daniel, hekk kif beda jfakkar mument li jibqa’ għal dejjem f’qalbu. Huwa żied jgħid li dawn kienu “sitt snin sbieħ mimlija mħabba, daħk, ferħ u tgħanniq bla tarf.”
B’emozzjoni kbira, huwa stqarr, “Inħobbok aktar milli jistgħu jesprimu l-kliem, għażiża Cara”, u ddeskrivieha bħala “ix-xemx tagħna, li ddawwal kull ġurnata”.
Fil-messaġġ tiegħu, Daniel ma naqasx milli jawgura lil bintu għall-futur, fejn qal, “Nittama li din is-sena ġġiblek aktar ferħ, avventuri u ħolm li jsir realtà”, filwaqt li żied talba sinċiera: “Jalla Alla dejjem iberikek u jipproteġik, għażiża ċkejkna tiegħi”.
Huwa temm il-messaġġ tiegħu b’awguri sempliċi iżda mimlija tifsira, “Is-sitt snin it-tajba, qalbi”, kliem li jiġbor fih l-imħabba kbira ta’ missier lejn bintu.
Facebook / Daniel Chircop