Ix-Xjentisti Ħarrġu Klieb Sabiex Ixommu L-Coronavirus – Għandhom Preċiżjoni Ta’ 94%

Klinika veterinarja Ġermaniża ħarrġet klieb li jxommu biex jikxfu l-coronavirus f’kampjuni tal-bżieq tal-bniedem – bi preċiżjoni ta’ 94%. Ħaġa tassew impressjonanti! Il-klieb huma kkundizzjonati biex jaqbdu “r-riħa tal-Corona” li tiġi minn ċelloli f’nies infettati, qalet, veterinarja fl-iskola tal-forzi armati tal-Ġermanja għall-klieb tas-servizz.

Filou, Belgian Shepher ta’ tliet snin, u Joe Cocker, Cocker Spaniel ta’ sena, huma tnejn mill-klieb li qed jitħarrġu fl-Università tal-Mediċina Veterinarja ta’ Hanover. Huma qalu, “Għamilna studju fejn kellna klieb li jxommu kampjuni minn pazjenti pożittivi għall-Covid-19 u nistgħu ngħidu li għandhom probabbiltà ta’ 94% fl-istudju tagħna… li jistgħu jxommuhom,” qal il-kap tal-klinika veterinarja.





“Allura l-klieb jistgħu verament ixommu nies b’infezzjonijiet u mingħajr infezzjonijiet, kif ukoll pazjenti bil-Covid li mhux sintomatiċi u sintomatiċi,” żied jgħid.

Fil-Finlandja, klieb ġew imħarrġa biex jikxfu nies bil-Coronavirus allura dawn ġew imqabbda jxommu kampjuni tal-passiġġieri fl-ajruport Finlandiż ta’ Ħelsinki-Vantaa f’Settembru li għadda, fi proġett pilota flimkien ma’ testijiet aktar tas-soltu fl-ajruport. L-ajruport internazzjonali ta’ Santiago taċ-Ċili qed juża wkoll ditekters tal-klieb.

Facebook / Spectrum FM Costa Almeria



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI