L-approvazzjoni tal-bini ta’ blokk t’appartamenti fuq ix-xatt sabiħ tax-Xlendi kienet waħda mill-aktar kwistjonijiet kontroversjali dan l-aħħar. Kulħadd deher jopponi dan il-proġett.
Madankollu, xogħlijiet dehru li qed isiru dalgħodu minkejja l-oppożizzjoni kbira. MariaIzzy Cremona tellgħet ir-ritratti tal-bidu tax-xogħol fuq dan il-proġett. Hi kitbet, “ix-xogħlijiet fix-Xlendi donnhom bdew minkejja li n-nies huma kontra din il-mistħija fuq Għawdex.”
Ħafna esprimew ir-rabja tagħhom fil-kummenti. “Xlendi spiċċa,” kitbu ħafna.
Facebook/Cremona MariaIzzy