“Ix-Xogħol Tagħkom Huwa Ta’ Valur Kbir Għall-Komunità U Jistħoqqlu Rikonoxximent.” – Il-Kunsillier Luke Doublet

Luke Doublet

Messaġġ ta’ apprezzament ġie maqsum minn Luke Doublet, li faħħar ix-xogħol importanti li jwettqu l-ħaddiema tal-indafa ta’ Clean Malta – Cleansing and Maintenance Division fil-komunità.

Huwa enfasizza kif kull nhar ta’ Erbgħa wara li jsir il-monti f’Żejtun, li jiġbed numru kbir ta’ bejjiegħa u nies.

Minkejja l-attività intensa u l-ammont ta’ skart li jinġabar, il-ħaddiema tal-indafa jinżlu fuq il-post wara li jispiċċa kollox u jwettqu xogħol ta’ tindif b’dedikazzjoni u effiċjenza kbira.

Luke esprima r-ringrazzjament sinċier tiegħu lejn dawn il-ħaddiema, u saħaq li x-xogħol tagħhom huwa ta’ valur kbir għall-komunità u jistħoqqlu rikonoxximent.

Huwa temm b’kelmiet ta’ tifħir: “Prosit tassew u grazzi tal-kontribut tagħkom.” Mir-ritratti naraw li anke hu stess ta daqqa t’id biex iktar jesprimi l-apprezzament tiegħu.







Ritratti:

Luke Doublet

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI