"Iz-Zija Ċikka, Hekk Kien Isibek Kulħadd Il-Belt" – Is-Sindku Tal-Belt Isellem Il-Memorja Ta' Din Il-Mara Twajba

Is-Sindku tal-Belt Valletta Olaf McKay għadu kemm ħabbar it-telfa ta’ Ċikka, Beltija magħrufa bħala mara b’qalb twajba. 





Fuq Facebook, is-Sindku kiteb: “Iz-zija Ċikka, hekk kien isibek kulħadd il-Belt. Mara ta’ qalb tajba, dejjem lesta tgħin lil kulħadd, anke jekk kellek l-isfidi tiegħek ta’ saħħa. Grazzi ta’ kollox, Ċikka. Strieħ fis-sliem.” 

F’isem tim Gwida.mt insellmu l-memorja ta’ Ċikka u ngħaddu l-kondoljanzi lill-familjari u l-ħbieb. 

Facebook / Malta, News, Photos and People



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI