Iz-Zija TT Taħfer Mill-Qalb Liż-Żagħżugħ Li Attakkaha Wara Li Rrakkuntat Dak Li Ġara Eżatt Fil-Qorti

Illum kien hemm seduta oħra dwar il-każ ta’ Terry Ta’ Bormla u dak kollu li ġara ġimgħat ilu ġewwa darha stess. Iz-Zija TT, kif nafuha aħjar dan l-aħħar, żvelta kif spiċċat mimlija dmija.

Jidher li ilha żmien twil tipprova tgħinu biex ikollu ħajja aħjar, u għamlet minn kollox biex ma jonqsu xejn. Madankollu jidher li baqa’ bl-istess vizzju u kien qed jerġa’ jispiċċa fl-istess sitwazzjoni. Iz-Zija TT tirrakkonta kif anke mowbajl ġdid kienet xtratlu meta ratu fil-bżonn.

Kollox beda meta r-relazzjoni ta’ bejniethom (mhux ta’ maħbubin) kienet għaddejja minn żminijiet diffiċli, u waslet biex talbitu jitlaq mid-dar. Iż-żagħżugħ ta’ 22 sena jidher li dakinhar tal-aggressjoni, reġa’ mar f’darha biex ikellimha, u meta daħal attakkaha.

Iz-Zija TT wara li rrakkuntat kollox waqt is-seduta, sostniet li lesta taħfirlu “b’qalbha kollha”. Dan minkejja ż-żagħżugħ ma apprezzax dak kollu li għamlet miegħu.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI