Iz-Zija TT Taqsam Realtà Li Wieħed Qed Jiltaqa' Magħha Fil-Belt Valletta

Iz-Zija TT aktar kmieni dalgħodu fuq il-profil personali tagħha tellgħat ritratt ta’ realtà li wieħed qed jitlaqa’ magħha int u d-dieħel il-Belt kmieni filgħodu. Numru ta’ persuni qed ikunu rieqda viċin xulxin fuq il-bankijiet li hemm viċin tal-funtana tat-Tritoni fil-pjazza qabel il-fetħa ta’ Bieb il-Belt.





Mill-kummenti fuq l-istess ritratt, ħafna qalu irrimarkaw li dawn huma immigranti li spiċċaw jorqu hemm għax ma għandhomx saqaf fuq rashom. Taħt l-istess post, xi ħadd tefa ritratt ieħor, din id-darba minn fuq il-Fosos. Din hi realtà li ħafna drabi ma nisimgħux dwarha. Mhux kwistjoni ta’ min hu t-tort, kwistjoni ta’ possibbli ħadd ma jista’ jgħin lil dawn il-persuni.

Jidher biċ-ċar li jekk m’għandhomx saqaf fuq rashom, għandhom bżonn l-għajnuna.

Instagram / hugojts



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI