Jack huwa kelb mimli enerġija u mħabba li minkejja kollox qatt ma kellu d-dar vera tiegħu. Minnufih jisraq qalb kull min min jiltaqa’ miegħu, mhux biss għax huwa gustuż imma għax għandu qalb kbira u ġentili ħafna.
Bħala “puppy at heart”, Jack iħobb ħafna l-attenzjoni u l-fsied, forsi anke xi ftit iżżejjed! Jimxi tajjeb biċ-ċinga u jgawdi mixjiet fejn jista’ jilgħab, jesplora u jxomm id-dinja ta’ madwaru. Huwa kelb li jrid jogħġob u jagħmel kollox biex jara lis-sid tiegħu kuntent – speċjalment jekk jirċievi ħafna mħabba bħala premju.
Jack huwa ferrieħi ma’ klieb oħra u jkun irid ikun ħabib ma’ kulħadd. Sfortunatament, klieb bħalu kultant jiġu injorati minħabba l-ewwel impressjoni, minkejja li għandhom tant mħabba x’joffru. Huwa jittama li jsib lil xi ħadd li jista’ jifhem ir-razza tiegħu u jkun lest jagħtih ċans jesperjenza l-imħabba ta’ familja.
Il-ħolma tiegħu hija waħda sempliċi: dar waħda, sodda komda u familja li jista’ jsejħilha tiegħu. Min jaf forsi int tista’ tkun il-persuna li tbiddel ħajtu. 🐾💛
Facebook/ Noah’s ark dog sanctuary Malta