Jade Schembri Li Konna Rajnieha Fuq Love Island Qed Tittanta Xortiha Fil-Kompetizzjoni Miss Universe Malta!

Jade Schembri qed tkompli timmarka isimha fix-xena pubblika Maltija, din id-darba b’pass importanti ġdid: il-vjaġġ tagħha lejn Miss Universe Malta. Wara li n-nies saru jafuha aktar permezz tas-sehem tagħha f’Love Island Malta, Jade qed turi li l-ambizzjoni tagħha fil-qasam tal-immudellar.



Bil-kariżma, il-kunfidenza u l-preżenza tagħha, Jade hi waħda mit-tfajliet li qed iħejju ruħhom biex tirrappreżenta lil Malta fuq livell internazzjonali. Il-parteċipazzjoni tagħha f’Miss Universe Malta qed tiġi meqjusa bħala pass naturali f’karriera li qed tevolvi b’pass mgħaġġel.



Mill-villa fuq l-iskrin sal-palk prestiġjuż tas-sbuħija lokali, Jade Schembri qed turi li meta taħdem biex twettaq ħolma, kollox hu possibbli. Awguri Jade f’din l-esperjenza ġdida tiegħek!



Ritratti:

Facebook / Jade Schembri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI