L-attur, mużiċist, u kantawtur Augusto Cardinali illum jagħlaq 57 sena!
Matul is-snin, kien parti minn diversi produzzjonijiet teatrali u televiżivi bħala attur, kantant, mużiċist, disinjatur tas-sett, disinjatur tal-kostumi, disinjatur tad-dwal, direttur artistiku, kompożitur, awtur tal-iskript, u tant u tant iktar.
Ħadem fuq diversi proġetti matul is-snin, fosthom Karambinu, Hip Hip Hurray, Ċellinu, TinuTV, Kemmuna Airways, fost ħafna oħrajn.
Kiteb ukoll ħafna kanzunetti għal festivals bħall-Għanja tal-Poplu, il-Konkors Kanzunetta Indipendenza, il-Malta Eurovision Song Contest, l-Olimpico Festival di Roma, it-Turkia Festival, il-London Folkore Festival … biex insemmu xi wħud minnhom biss.
Dan kollu huwa biss parti żgħira mill-portafoll estensiv ta’ Cardinali.
Nawgurawlek, Augusto!
Facebook / Augusto Cardinali