Andrew Zammit li kien ukoll magħruf bħala Captain Drew temm il-karriera tiegħu ma’ 89.7 Bay wara 7 snin ta’ suċċess; żmien sabiħ u li kif se jħares lura, ser jgħożż dawn il-memorji b’tant kburija. Hekk kiteb Andrew Zammit fuq il-profil ta’ facebook tiegħu.
Irringrazzja lil dawk kollha li tawh l-opportunitajiet u li għenuh jikber f’kull aspett tax-xogħol u l-ħajja.
Kiteb ukoll li fi żmien 3 ġimgħat ser tibdielu l-karriera l-ġdida. “Sfida kompletament differenti imma waħda li ħerqan għaliha… ‘il quddiem u ‘il fuq!”, qal Andrew. Ħalliena bil-kuriżtà! Nistennew u nżommukom aġġornati!
Awguri mingħandna ta’ Gwida.mt Andrew!
Ritratt: Facebook/ Andrew Zammit