Ilbieraħ Hermann Bonaci u Antoinette Bonaci, żewġ atturi li żgur mhux forsi li ma tinsewhom qatt, għalqu 33 sena miżżewġin.
Hermann ħa ħsieb jitfa’ filmat ħelu fuq il-midja soċjali li fih jidhru bosta ritratti flimkien ma’ martu u l-familja. Tajjeb ngħidu li din l-istorja ta’ mħabba bdiet waqt paegent ta’ San Pawl u f’intervista li kienet saret fuq Entertainers snin ilu Hermann jgħid kif hemm intaqa’ ma’ Antoinette.
Ħafna awgurawlhom f’din il-ġurnata speċjali fosthom binthom Stephanie Agius Bonaci li wkoll hi miżżewġa llum l-ġurnata. Aħna f’isem Gwida.mt nawguraw aktar snin ta’ saħħa u kuntentizza lil dawn iż-żewġ persuni li tant ferrħuna bit-talenti tagħhom!