L-atleta għadu qed jirsisti fit-treathlon biex ilestiha u jiġbor aktar fondi għall-annimali li tant iħobb u jirrispetta. Meta tqis kemm ifisser għalih il-mibki Jake Vella, il-ġenituri tiegħu Josie u Maruska, dejjem japprezzaw l-appoġġ tiegħu lejh.
Hekk kif Fabio kompla b’determinazzjoni din il-missjoni, Josie wera l-appoġġ tiegħu u f’post li ppubblika kitiblu, “Jake jgħum, isuq ir-rota u jiġri miegħek Fabio u ser jirnexxielkom tlestuha sal-aħħar flimkien.”
Xerred ritratt ta’ Fabio bi flokk li fuqu hemm ritratt tiegħu u ta’ Jake. Fabio dejjem qal kemm jemmen li Jake jinsab miegħu f’kull pass li jagħmel f’din it-treathlon.
Awguri u Prosit Fabio!
Facebook/ Josie Vella