“Jake Vella Tagħna Llum Kont Tagħlaq 17-Il Sena … Qalbi Maqsuma, Għax Flok Niċċelebraw Miegħek, Qed Inħarsu Lejn Ir-Ritratti Tiegħek” – Mariska Vella

Li kieku Jake Vella għadu magħna, kieku llum qed jiċċelebra għeluq sninu. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, ommu Mariska Vella sellmet il-memorja tiegħu permezz ta’ kelmtejn mill-isbaħ.

Hi qalet, “Jake Vella tagħna … illum kont tagħlaq 17-il sena. Qalbi maqsuma, għax flok niċċelebraw miegħek, qed inħarsu lejn ir-ritratti tiegħek u nħossu n-nuqqas tiegħek iktar minn qatt qabel. Kemm nixtieq għal mument wieħed biss nerġa’ ngħannqek, inħoss il-preżenza tiegħek u nisimgħek issejjaħli “mama”. Int kont id-dawl ta’ ħajjitna, it-tbissima tagħna ta’ kuljum… u llum dik it-tbissima nbidlet f’uġigħ li ma jgħaddix.”

Żiedet, “U kemm kellek qalbek kbira… mimlija mħabba pura. Kif kont tħobb l-annimali, tieħu ħsiebhom u tagħtihom dik il-ħlewwa speċjali tiegħek. Anke f’dawk il-mumenti żgħar, kont turina kemm kont ruħ ġenwina. Imma naf li fejn qiegħed inti, hemm paċi u mħabba… qed tgħix fost l-anġli, għax anġlu kont u anġlu tibqa’.”

Temmet tgħid, “Happy Birthday, sabiħ tagħna. Ibgħat ftit saħħa lilna minn hemm fuq, itlob għalija u għal missierek … għax mingħajrek kollox diffiċli. Inħobbuk aktar minn kliem jista’ jesprimi… u f’kull nifs li nieħu, inġorrok miegħi. Għal dejjem tagħna, Jake Vella.”







Ritratti:

Facebook/Josie Vella

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI