Il-kantant lokali Jamie Cardona, magħruf bħala r-rebbieħ ta’ Mużika Mużika 2025, riċentement qasam mument personali mas-segwaċi tiegħu fuq Instagram hekk kif introduċa pubblikament lill-mara li ispiratu f’uħud mill-aktar kanzunetti popolari tiegħu.
F’ritratt ħelu, Jamie deher flimkien ma’ seħbitu, Nikita Carabott, li issa jidher li saret persuna familjari anke il-midja soċjali tiegħu.
Skont il-kantant, hija kienet l-ispirazzjoni wara suċċessi bħal Stajna Konna Aħna u Kartolina, li huma tant maħbuba mill-pubbliku Malti b’messaġġi sentimentali u personali.
Dan l-aħħa Jamie kien impenjat sew, hekk kif mhux biss kompla bil-karriera mużikali tiegħu, iżda wkoll kellu diversi rwoli ta’ preżentatur fuq programmi differenti, flimkien apparti l-proġett tiegħu Noti Mil-Loki Ta’ Big G’s.
Qalb is-suċċess u l-impenji professjonali tiegħu, Jamie juri kemm jibqa’ dejjem grat lejn dawk li jispirawh u jappoġġjawh fil-ħajja tiegħu ta’ kuljum.