Jamie Cardona Se Joħodna Lura Għal Meta Kien Għadu Student Fi Skola Tal-Knisja – X'Se Jiżvela Mid-Djarju?

Jekk dejjem immaġinajtu jew forsi staqsejtu lilkom infuskom, imma kif kien Jamie meta kien għadu iżgħar! Ngħidu aħna fi żmien il-puberta fl-iskola sekondarja. Jidher li malajr se jkollkom it-tweġiba għax Jamie se jkun qed jinterpreta lilu nnifsu!

Iva, fl-ispettaklu Mid-Djarju ta’ Student Fi Skola Tal-Knisja, Jamie Cardona ser jinterpreta lilu nnifsu ta’ 14-il sena, iżda mhux biss. Dan għaliex hu se jinterpreta wkoll karattri oħrajn fi dramm individwali dwar iż-żmien li qatta’ jattendi skola tal-knisja.





Permezz ta’ kitbiet mid-djarju tiegħu, ħa ngħixu u nsegwu il-vjaġġ imqareb tiegħu filwaqt li jirrifletti u anke jistaqsi dwar l-eżistenza t’Alla, it-tajjeb u l-ħażin, kif tatratta t-tfajliet, u l-iktar importanti… id-daqs tal-parti tiegħu. B’hekk għall-kbar biss hux!

B’direzzjoni ta’ Vikesh Godhwani u kitba ta’ Jamie nnifsu, din il-kummiedja tindirizza l-insigurtajiet taż-żgħażagħ Maltin, kif ukoll il-proċess (pjuttost twil) tal-iżvilupp. Mhux ta’ min titlfuha din!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI