Il-Paġna Maltese Islands Weather ittella’ din l-aħbar tajba li dan kien xahar mimli xita, kif suppost, kif għandu jkun Jannar. F’dan ix-xahar għamlet xita iktar minn 120 mm, u dan l-ammont ta’ xita kien ilu ma jseħħ mis-sena 2009, vordieri daqs 17-il sena.
“Jannar tajjeb sa l-aħħar. B’aktar minn 120 mm ta’ xita, dan kien l-aqwa Jannar sa minn l-2009!”
Ovvjament il-maltempata Harry u meta għamel ammont qawwi ta’ silġ dan xejn ma kien ta’ ġid għal fawna u flora ta’ Malta kif ukoll għall-għelieqi. Infatti r-raba’ ġarrbet ħafna ħsara.
Din ix-xitwa f’Malta wriet b’mod ċar il-kuntrast dejjem jikber bejn xita meħtieġa u estremi perikolużi. Filwaqt li x-xita kontinwa ta’ Jannar kienet ta’ benefiċċju għall-ilma ta’ taħt l-art u r-riżervi naturali, il-maltempata Harry ħalliet impatt negattiv qawwi. Riħ qawwi, silġ u xita intensiva f’perjodu qasir ikkawżaw għargħar f’għelieqi, telf ta’ uċuħ tar-raba’, ħsarat fil-ħamrija u stress fuq il-fawna selvaġġa. Dawn l-avvenimenti estremi qed juru kif it-tibdil fil-klima qed iwassal għal temp aktar imprevedibbli, fejn benefiċċji staġjonali qed jiġu megħluba minn danni serji fuq l-ambjent u l-agrikoltura.