“Jannar Tar U Llum Beda X-Xahar Qasir Ta’ Frar. Iż-Żmien Gerbiebi U Ma Jistenna Lil Ħadd” – Lelio Spiteri

Illum bdejna x-xahar ta’ Frar hekk kif għadda l-ewwel xahar tas-sena. Is-surmast Lelio Spiteri kiteb kelmtejn ta’ riflessjoni dwar dan.

Jannar tar u llum beda x-xahar qasir ta’ Frar. Iż-żmien gerbiebi u ma jistenna lil ħadd,” hu kiteb.  “Ejjew nagħmlu minn kull ġurnata esperjenza ġdida, ġrajja li tgħinna nkomplu nikbru, mhux fiż-żmien, għax dak huwa ovvju, imma nimmaturaw fl-attitudnijiet, fl-imġiba, fir-relazzjonijiet magħna nfusna u mal-oħrajn.”

“Il-ħajja qasira wisq biex ninħlew fuq il-ħmerijiet u ċ-ċuċati. Niffukaw fuq l-essenzjal u naffrontaw kull jum bi spirtu żagħżugħ u altruwista. Kuljum nibdew mill-ġdid, nibnu fuq it-tajjeb u ntejbu fejn meħtieġ. Nixtieqlek ġurnata pożittiva bi tbissima.”





Facebook/Lelio Spiteri



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI