Jaqa' Ganċ Minn Ma' Krejn – Residenti Ġewwa Ta' Sliema Jinsabu Mbeżżgħin

Jidher li aktar kmieni ġewwa Don Rua Street ġo Ta’ Sliema faqqa’ kejbil bil-konsegwenza li waqa’ ganċ minn mal-krejn u għamel ħoss kbir li ħasad lir-residenti kollha.

Dan ġara dalgħodu madwar 9.30 a.m. u kif irrapurtat minn Times Of Malta jidher li ħadd ma weġġa’. Madanakollu r-residenti jinsabu mbeżżgħin u meta tkellmu ma’ Times Of Malta qalu li l-ħoss tant kien kbir li nħasdu. Beżgħu li taħt il-fdalijiet tal-ganċ seta’ kien hemm xi ħadd. Wieħed mir-residenti jisħaq li dan il-ganċ seta’ kien ta’ periklu kbir għalih u għal martu kieku waqa’ fuq darhom. 

Ir-residenti jisħqu li jeħtieġ aktar sigurtà u jixtiequ li jkollhom aktar rashom mistrieħa ġewwa darhom. Il-kunsill lokali Ta’ Sliema jisħaq li l-każ qed jiġi nvestigat fil-fond u saru anke xi taħdidiet mal-kuntratturi responsabbli. 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI