Iċ-ċkejkna Jasmine bħalissa tinsab Londra għall-kura u check-ups mediċi għal dawk il-ġimgħatejn. Milli jidher, Jas kienet brava ħafna fuq l-ajruplan, u raqdet fuq il-“mummy”. Ilbieraħ, fl-ewwel ġurnata tal-kura, Jasmine kellha ħafna x’tagħmel. Fiż-żewġ sessjonijiet, Jas marret tajjeb ħafna, iżda għajjiet ukoll. Il-practitioner qalet li dan ifisser li moħħha qiegħed jaħdem ħafna, li hija eżatt li jridu. “Ser nibqgħu nitolbu għal ġranet tajbin!” kitbu l-utenti tal-paġna ‘Jasmine’s Journey’.
“Jas Kellha Żewġ Sessjonijiet Illum U Marret Tajjeb Ħafna” – Iċ-Ċkejkna Jasmine Tkompli Bil-Kura Intensiva