Jasmine Qed Tgħix Mumenti Mill-Isbaħ Wara Li Għaddiet L-Ewwel Ġimgħa Tal-Iskola

Dak li għal ħafna tfal huwa parti mir-rutina ta’ kuljum, għal Jasmine u l-familja tagħha jfisser ħafna aktar minn hekk. Wara sfidi kbar, illum qed igawdu jarawha kuntenta, tagħmel ħbieb ġodda u tiskopri d-dinja ta’ madwarha.

Fl-ewwel ġimgħa tagħha fl-iskola, Jasmine ħadet gost tpenġi bil-kuluri, tagħmel attivitajiet sensorjali u tilgħab ma’ sħabha. Saħansitra qed iddur mal-iskola l-ġdida tagħha bil-gait trainer tagħha, filwaqt li tgawdi dak li kull tifla ta’ erba’ snin jistħoqqilha tesperjenza.

Il-ġenituri tagħha huma kuntenti wkoll bir-rabta sabiħa li qed tibni mal-għalliema tagħha. Kull filgħodu tmur l-iskola b’ħerqa u kull darba li tiġi mistoqsija dwar il-ġurnata tagħha, wiċċha jixgħel bil-ferħ. Permezz tal-eye gaze, qed jirnexxilha taqsam ukoll l-istejjer dwar il-ħbieb il-ġodda tagħha.

Għaldaqstant, wara dan il-ferħ hemm vjaġġ li mhux dejjem kien faċli. Fl-ewwel sena ta’ ħajjitha, anke li toħroġ mill-isptar kienet sfida, imma llum, kull tbissima tagħha tfakkar lill-familja kemm kull sforz jista’ jwassal għal mumenti li jiswew kollox.

It-Tim ta' Gwida.mt jawgura lil Jasmine biex ikollha ġranet mill-isbaħ l-iskola, kif ukoll li tagħmel ħbieb ġodda u tieħu pjaċir!

Ritratt:

Facebook/Jasmine’s Journey

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI