Magħruf għal breakfast show ta’ kull filgħodu The Morning Vibe ma’ Martina u Jonathan Abel, il-preżentatur JD Patrick u l-mara tiegħu Stephanie saru ġenituri għall-ewwel darba ta’ tifel li twieled ilbieraħ ftit qabel nofsillejl fil-11.40! L-aħbar ħarġet fuq il-paġna ta’ The Morning Vibe bir-ritratt tal-Prinċep Harry u Meghan Markle editjat.
View this post on Instagram
Il-koppja ilhom miżżewġin mill-2016 u dan l-aħħar ta’ spiss smajna lil Martina u Jonathan jgħaddu l-botti u jinku lil JD! Dalgħodu stess fuq il-programm tar-radju qalu li JD kien diġà qed jinjora l-mowbajl, dan meta t-tarbija kienet għadha anqas biss twieldet! Min jaf x’ġej mil-lum ’il quddiem! Wieħed jistaqsi, issa li żdiedlu x-xogħol u probabli jagħmel xi ljieli mqajma wkoll… naħseb ħa jdum ħafna aktar biex iwieġeb!
View this post on Instagram
Minn naħa ta’ Gwida.mt nawguraw lil din il-koppja l-isbaħ xewqat! Ċert li din l-aħbar nisslet ħafna ferħ fost iż-żewġ familji u żgur li din it-tarbija ħa tkompli tnissel bosta avventuri fil-futur qarib għal din il-koppja! Probabli nisimgħu xi żewġ praspar li JD sab ruħu fihom.
Instagram / @morningvibe887