"Jekk Hemm Xi Ħadd F'Ħajtek Li Qed Jagħmillek Hekk, Sib Il-Kuraġġ U Tbiegħed" – Clare Agius B'Appell Qawwi

L-attriċi u preżentatriċi Clare Agius għadha kif kitbet parir li lkoll jeħtieġ li nisimgħu u anke ngħadduh lil ħaddieħor. Clare issemmi dwar li lbieraħ kien jum iddedikat għas-saħħa mentali, u żżid li din hi xi ħaġa importanti li nibżgħu għaliha. 

Clare tikteb li kull persuna jeħtieġ tħaddan is-sens ta’ rispett tagħha nnifisha, self-esteem u kunfidenza fiha nnifisha. Irrelevanti min int u x’int. Tifhem li mhux kulħadd ikollu l-istess esperjenza, u l-istess passat fi tfulitu, għaldaqstant huwa importanti li fejn hemm bżonn persuna tfittex l-għajnuna professjonali biex ma tibqax tgħum weħidha fil-maltemp.

Każ partikolari komuni huwa l-bullying. Clare tikteb li persuna għandha tkun soda u kuraġġuża biżżejjed li tħobb u tipproteġi lilha nnifisha quddiem dawk li mingħalihom għandhom xi poter. “Ħadd ma jisħoqqlu jiġi mkasbar, trattat ħażin. U jekk hemm xi ħadd f’ħajtek li qed jagħmillek hekk, sib il-kuraġġ u tbiegħed.

“Ilbieraħ kien jum l-għarfien dwar is-saħħa mentali u għalija dan kollu huwa konness ma’ li tkun taf tassew lilek innifsek u li ssib is-saħħa biex tagħżel dak li hu l-aħjar għalik. U jekk bħalissa dan ifisser li nersqu għall-għajnuna, mela għamel hekk.” Clare tikteb dan l-appell għax ilkoll nafu li xi drabi ħa nsibu persuni li ħa jippruvaw jagħmlulna ħajjitna diffiċli jew iwaqqgħuna l’isfel. Xerred dan l-appell u tistħix titlob l-għajnuna jew tkun int stess ta’ għajnuna!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI