Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, Anton Rea Caruana Cutajar qasam mas-segwaċi tiegħu kelmtejn mill-isbaħ fejn indirizza lil dawk il-familji li jixtiequ jmorru l-Arka ta’ Noe u għal xi raġunijiet finanzarji ma jkunux jistgħu, għandhom jibgħatulu u jdaħħalhom b’xejn.
Hu qal, “Jekk hemm xi familja u tixtieq tiġi l-Arka ta’ Noe u għal xi raġuni ta’ finanzi ma jkunux jistgħu jiġu, tiddejqu xejn, ibgħatuli u ndaħħalhom b’xejn, u anke t-tfal tagħkom ngħatuhom aċċess għall-użu tal-bouncy castle u rides-ons b’xejn.”
Żied, “Min jerfa’ qofftu ma jkunx pastaż, anzi jkun eroj tal-familja, l-Mulej kien qal, “min jagħmel mal-inqas wieħed ha jsib lili nippremjah. Miftuħin mill-10:00 sal-16:00.”
Facebook/Anton Rea Caruana Cutajar