Il-kantant lokali Ludwig Galea kiteb messaġġ ta’ ispirazzjoni hekk kif jirrakkonta l-ostakli li sabu ma’ wiċċhom il-kast u l-kru kollu tal-kunċert li tellgħu fi tmiem il-ġimgħa.
“Dan huwa spettaklu li qatt mhu se ninsa. Storm Harry wasal il-jum li dħalna fit-teatru, u żewġ artisti ewlenin ħarġu fl-aħħar minuta minħabba ċirkostanzi inkontrollabbli.”
Minkejja li inqalgħu xi kumplikazzjonijiet sal-aħħar ħin, xorta sabu soluzzjoni, u baqgħu għaddejjin bil-provi u eventwalment tellgħu spettakli li qajmu udjenza u taw pjaċir.
“Titgħallem li jekk iċċedi u titħassar lilek innifsek, tegħreq. It-tarka tal-artist qiegħda hemm biex tintuża f’dawn il-mumenti diffiċli – mhux biex tinkiser, iżda biex taġixxi immedjatament u tittrasforma l-ostakli u l-postijiet mudlama f’wirja li tibqa’ tissemma. Kien hemm 3 standing ovations f’jumejn.”
Prosit Ludwig, Mark Spiteri Lucas, u l-kast u l-kru kollu li tellgħu spettakli brillanti b’determinazzjoni.