Mit-8 ta’ Novembru l-Amerka se tkun qed tirrilaxxa miżura dwar l-ivjaġġar. Minħabba l-pandemija, fl-Amerka kienet daħlet miżura li tipprojbixxi persuni minn pajjiżi differenti milli jidħlu fl-Amerka.
Fit-8 ta’ Novembru ser jitħallew jidħlu fl-Amerka persuni li huma mlaqqma bil-vaċċin ta’ kontra l-Covid-19 minn 33 pajjiż differenti, inkluż Malta. Dawn mhux se jkun hemm il-bżonn li jagħmlu kwarantina la huma mlaqqma.
Kelliem għall-White House qal li din il-miżura li qed tittieħed issa hija waħda stretta u konsistenti, gwidata mis-saħħa pubblika.