Id-dibattitu tal-maskri għadu għaddej u ħafna qed jistaqsu jekk dawn għandhomx jintlibsu fuq il-karozzi tal-linja. Waslulna rapporti ta’ diversi nies li qed jonqsu milli jagħmlu dan! Ilbieraħ id-dipartiment tas-saħħa pubblika kkonferma li l-maskri għandhom jibqgħu jintlibsu.
Tant hu hekk li ħarġu wkoll stampa bl-informazzjoni li turi dan. Ħafna nies ikkummentaw dwar il-fatt li sakemm ix-xufiera ħa jibqgħu jaċċettaw nies bla maskri u ma jkun hemm ebda infurzar din ħa tibqa’ tkun problema.
Ejja flimkien nagħmlu ftit sforz, il-virus għadu preżenti madwarna u l-ilbies tal-maskra jista’ jgħin biex inaqqas it-tixrid tal-Covid-19. B’hekk inkunu aktar siguri. Mhux biss tkun qed tieħu ħsieb saħħtek imma tkun qed tieħu ħsieb saħħet ħaddieħor li taf huwa vulnerabbli.