Il-mudella Marvic Fenech hi r-rebbieħa tal-kompetizzjoni ta’ Face of Gaetano 2022. Fil-fatt Marvic Fenech xtaqet taqsam messaġġ mill-qalb wara r-rebħa tagħha. Rebħa li b’kuraġġ u appoġġ kisbitha wara li emmnet fiha nnifisha.
“Matul dawn il-ġimgħat aħna kellna diversi sfidi fejn nistqarr ngħid li mux dejjem kienu faċli…kemm għax jien ta’ ċertu età kif ukoll jien ta’ ċertu figura…dejjem irnexieli noħrog b’xi ħaġa li nkun komda miegħi innifsi. Kienu sfidi biex il-kontestanti jagħmlu kuraġġ u min għadu f’qoxortu, joħroġ minnha b’kuraġġ u b’impenn.”
Marvic tappella biex ħadd qatt ma jaqta’ qalbu, hu min hu. “Tal-ahħħar: irrid nagħmillek kuraġġ lilek li qed taqra dan il-messaġġ biex jekk inti persuna ta’ piż li tistħi, tibża’ jew ma ġejtx inkoraġġuta tidħol f’dawn l-avvenimenti, agħmel il-qalb, qum fuq tiegħek u idħol ikkompeti inti wkoll. Tħossok aħjar żgur. U sodisfatta wkoll. Grazzi lil kulħadd tas-sapport u inkoraġġiment u kif għidt … jien lesta li mhux FACE OF GAETANO biss imma THE VOICE OF GAETANO”

Apparti minn hekk matul dawn l-aħħar jiem, rebħu titlu diversi kontestanti oħra fi ħdan Gaetano Promotions. Gaetano jistqarr li jinsab kbur bir-rebbieħa kollha kemm ta’ Face Of Gaetano 2022 kif ukoll ta’ Gaetano Promotions 2022.
Ir-rebbieħa kienu:
- Face of Gaetano – Marvic Fenech
- Miss Mini Gaetano Promotions 22 – Leyann Galea
- Miss Toddler Gaetano Promotions 22 – Aisha Cassar Allen
- Miss Girl Gaetano Promotions 22 – Chanell xerri
- Boy Gaetano Promotions 22 – Zaidon Aqulina
- Miss Upcoming Gaetano Promotions 22 – Jade Domenici
- Miss Teen Gaetano Promotions 22 – Mariella Belli
- Miss Gaetano Promotions 22 – Martha Urpani
- Mr. Gaetano Promotions 22 – Neil Belli
- Mrs Gaetano Promotions 22 – Pauline Brignano & Mich Elle
- Over all Winner of Gaetano Promotions – Martha Urpani
Prosit lir-rebbieħa kollha, u prosit lil Marvic tal-messaġġ b’saħħtu! Nifirħu wkoll lil Gaetano u lit-tim kollu tal-organizzazzjoni sublimi!