“Jekk Ir-Riżerva Ma Titjiebx Hemm Riskju Li Jitħassru L-Operazzjonijiet” – Iċ-Ċentru Tad-Demm Malta

 

Iċ-ċentru tad-demm ta’ Malta fuq il-paġna tagħhom ippubblikaw appell urġenti għad-donazzjonijiet tad-demm minħabba li r-riżerva qiegħda baxxa ħafna.

Huma spjegaw, “Urġenti għax ir-riżerva tal-O positive u A positive għadha baxxa. Jekk ir-riżerva ma titjiebx hemm riskju li jitħassru l-operazzjonijiet. Miftuħin sas-6.00pm. Jekk jogħġobkom xerrdu dan il-messaġġ. Grazzi.”

Fuq din il-paġna spiss jappellaw b’urġenza għad-donazzjonijiet tad-demm minħabba li jekk tinħela r-riżerva, din tista’ tiswa l-ħajja ta’ xi ħadd. Jekk ma tistgħux tagħtu donazzjoni intom, xerrdu dan l-artiklu ma’ xi ħadd li jista’ jagħti dan ir-rigal sabiħ tal-ħajja.

Nirringrazzjaw lil kull min jieħu l-ħin biex imur jagħti d-demm spiss. Dan huwa ġest nobbli mmens li jista’ jsalva ħajja!





Facebook / Blood Donation Malta – NBTS



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI