Żmien il-Milied huwa naturalment żmien sabiħ hekk kif jgħaqqad bosta min-nies. Bosta jkunu jistennewh biex jaraw il-familja miġbura jew biex forsi jsibu skuża u jiltaqgħu ma’ xi ħbieb. Għalkemm dawn l-affarijiet huma naturalment sbieħ, tajjeb inżommu f’moħħna li hawn bosta min-nies li għalkemm jixtiequ jagħmlu dan, ma jistgħux. Daqs kemm iġib ferħ miegħu żmien il-Milied iġib ukoll is-solitudni.
Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Caritas Malta qasmu mas-segwaċi tagħhom numru biex fuqu jċemplu dawk li ser iqattgħu l-Milied waħedhom jew m’għandomx mezzi biex jagħmlu ikla. Huma qalu, “Jekk kont se tqatta’ l-Milied waħdek jew ma għandekx il-mezzi biex tagħmel ikla, ċemplilna fuq 79555915.”
Facebook/Caritas Malta