“Jekk L-Istorja Tiegħi Tmiss Qalb Waħda… Allura L-Missjoni Tiegħi Hija Kompluta” – Claudia Faniello

Il-kantanta tant u tant maħbuba Claudia Faniello, kitbet dwar stedina li offritilha opportunità taqsam l-esperjenza tagħha.

Hi kitbet, “Illum fakkarna l-festa ta’ Don Bosco, patrun taż-żgħażagħ u kelli l-opportunità li niftaħ qalbi dwar il-vjaġġ tiegħi—mill-mumenti sbieħ fuq il-palk għall-mumenti diffiċli li sawruni fil-mara li jien illum. Il-qofol ta’ kollox kien li nagħrfu kemm hu bżonnjuż li nkunu preżenti għal xulxin. Li nisimgħu mingħajr ma niġġudikaw. Li nifhmu li l-vulnerabbiltà tagħna hija fil-fatt il-pedament tas-saħħa tagħna.”



Żiedet tgħid, “Grazzi mill-qalb tal-istedina. Jekk l-istorja tiegħi tmiss qalb waħda u tixgħel xrara ta’ tama f’min qed iħossu mitluf, allura l-missjoni tiegħi hija kompluta.”





Ritratti:

Facebook / Claudia Faniello

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI