Comedy Knights għal din is-sena qegħdin jimxu fuq l-internet u jivvintaw mill-ġdid il-mod kif il-kummiedja lokali hija maħluqa u mwettqa għall-udjenzi. Ngħiduha kif inhi, divertiment garantit minn ġewwa darek stess.
Mhu l-ebda sigriet li l-industrija tal-arti u l-ispettaklu sofriet taħt ir-restrizzjonijiet tal-Covid. It-teatri għalqu disa’ xhur ilu u minn dakinhar ma saru l-ebda produzzjonijiet teatrali indipendenti u mhux sussidjati fuq ġewwa.

Bl-Istaġun tal-Milied wara l-bieb, Comedy Knights iddeċidew li jindirizzaw is-sitwazzjoni billi jiżviluppaw spettaklu li n-nies jistgħu jgawdu mid-dar. “Ma ridniex niddiżappuntaw lill-udjenza tagħna,” qal id-direttur u koproduttur Wesley Ellul. “Kienet sena diffiċli għal kulħadd, u rridu nistiednu lin-nies jagħlquha billi jidħku magħna.”
“Jekk l-udjenza tagħna ma tistax tiġi għandna, immorru aħna għandha,” żied il-koproduttur Marc Cabourdin. Ir-riżultat huwa The Comedy Knights ‘House Party imħaddem minn XFM, avveniment onlajn, dirett minn teatru tal-istudjo, imxandar direttament ġewwa darkom!

“Aħna qed inżommu dak is-sentiment teatrali tal-ispettaklu iżda li nkunu fuq il-kamera jippermettilna nagħmlu affarijiet li qatt ma nkunu nistgħu nagħmlu fit-teatru. Se jkun pjaċevoli!” jistqarr Chris Dingli. Nistgħu nistennew dak li jagħmlu ssoltu u aktar f’kelma waħda.
Kull min jixtri biljett għal waħda mix-xandiriet diretti jkun jista’ jara l-ispettaklu fuq l-Ismart TV tiegħu jew fuq kwalunkwe apparat b’web browser, bħal smartphone, laptop jew tablet.

Hu ideali għax in-nies għandhom bżonn jixtru biljett wieħed biss għal kull dar. Wesley jispjega, “Billi fit-teatru n-nies għandhom iħallsu għal kull siġġu, issa l-familja kollha tiegħek tista’ tara l-ispettaklu għall-prezz ta’ biljett wieħed.”
Barra minn hekk, l-ewwel 2000 persuna li jixtru biljett se jirċievu Pakkett Voucher Diġitali b’aktar minn € 150 fi tfaddil (japplikaw it-termini u l-kundizzjonijiet) minn negozji lokali.

Il-Comedy Knights ‘House Party’ ħa tkun it-tmien wirja u se tkun trasmessa live fis-26, 30 ta’ Diċembru 2020 u fit-2 ta’ Jannar 2021 fit-20.30. Il-biljetti huma disponibbli fuq www.comedyknights.com jew fuq www.ticketline.com.mt
Il-kast ewlieni tal-ispettaklu jinkludi wħud mill-aqwa talenti; Jo Caruana, Pia Zammit, Chantelle Micallef Grimaud, Colin Fitz, Thomas Camilleri, Marc Cabourdin u Chris Dingli, li kitbu l-ispettaklu flimkien ma’ Steve Hili u James Ryder.
Mistednin speċjali jidhru wkoll matul l-ispettaklu. Dirett minn Wesley Ellul u prodott minn Chris Dingli, Wesley Ellul u Marc Cabourdin.