“Jekk Ma Għoġbitekx Kanzunetta Tivvotaliex Imma M’Hemmx Għalfejn Tikteb Ċerti Kummenti Fuq Il-Midja Soċjali” – Christina Karei Magrin

Il-kantanta lokali Christina Karei Magrin esprimiet id-diżappunt tagħha hekk kif wara s-semi-finali tal-bieraħ tal-Malta Eurovision Song Contest inkitbu għadd ta’ kummenti bil-għan li jxejnu lill-artisti sempliċiment għaliex il-kanzunetta tagħhom ma kinitx fost il-favoriti.

Hi saħqet li l-ġmiel tal-mużika huwa proprju li kanzunetta partikolari m’hijiex se togħġbok lil kulħadd hekk kif fl-aħħar mill-aħħar kulħadd għandu l-opinjonijiet differenti tiegħu.

“Jekk ma togħġbokx kanzunetta tivvotax għaliha imma ma nistax nifhem għalfejn jinkitbu ċerti kummenti fuq il-midja soċjali bil-għan li jxejnu lill-artisti li jkunu ddedikaw daqstant sigħat,” sostniet il-kantanta.







Ritratti:

Facebook /

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI