Il-Festa t-tajba… Viva l-Imnarja. Imma tafu kemm kienet festa kbira u importanti l-Imnarja? Tant kienet importanti li l-għarus qabel jiżżewweġ, kellu jwiegħed lil dik li se ssir martu li kien se joħodha l-Buskett għall-Imnarja kull sena. Inkella nini, nini kienet tiżżewġu. Kos hux kemm jinbidlu l-affarijiet?
Tgħid illum hekk tkun tixtieq l-għarusa? Naħseb hawn min qas qatt mar għal din il-festa! Dan juri wkoll il-bidla fis-soċjetà, id-drawwiet u l-użanzi u kif il-progress ibiddel u forsi wkoll, ikaxkar miegħu tradizzjonijiet ħelwin.
Iżda llum hija wkoll il-festa ta’ San Pietru u San Pawl li tiġi ċċelebrata fin-Nadur f’Għawdex. Festa kbira għan-Nadurin. F’Malta hija festa tal-Knisja u tiġi ċċelebrata fil-Katidral tal-Imdina.

Ritratt: Facebook/ Vari f’Malta
L-aħwa, inżommuhom ħajja dawn it-tradizzjonijiet għax għadna ma nirrealizzawx kemm hu sabiħ li nitgħallmu fuq il-passat u l-identità tagħna! Hemm ħafna xi tgħid dwar din il-festa imma ħadna aspett differenti għaliex żgur smajtu ħafna dwar it-tiġrijiet, l-ikel u l-wirja agrarja fil-Buskett!

Ritratt: Facebook/ Visitmalta.com
Il-festa t-tajba lil kulħadd!
Ritratt: living in Malta