F’ħajjitna aħna rridu nkunu għall-kuntentizza tagħna u jekk ser ingergru dwar kollox u mmaqdru kull ħaġa li hija tagħna, ma nistgħux inkunu kuntenti bina nfusna. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, Ivan Gaffiero qasam messaġġ mas-segwaċi tiegħu rigward dan is-suġġett.
Hu qal, “Bonġu ħbieb. Il-ferħ iġġibu int fik, u ħadd iktar. Jekk tkun ferħan, b’kull ma jkollok tkun kuntent .”
Kompla billi żied jgħid, “Jekk ser tkun dejjem tmaqdar li-għandek u lilek innifsek, qatt ma tista’ tkun ferħan. Jien kuntent b’dak li-jien u kull ma għandi f’ħajti. Il-ġimgħa t-tajba.”